Għotja lil Persuni li ma jikkwalifikawx għall-Pensjoni Kontributorja
Ħarsa ġenerali
L-Għotja titħallas lil dik il-persuna reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) iżda m’għandhiex Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.
X’se tingħata
Il-ħlas ta’ din l-Għotja huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa mill-persuna rreġistrata skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
- Ħames mija u ħamsin ewro (€550) tingħata lil persuna li ħallset bejn ħamsin (50) u mitejn u disa’ u ħamsin (259) kontribuzzjoni.
- Sitt mitt ewro (€600) tingħata lil persuna li ħallset bejn mitt (100) kontribuzzjoni u mija u disgħa u erbgħin kontribuzzjoni.
- Sitt mija u ħamsin ewro (€650) tingħata lil persuna li ħallset bejn mija u ħamsin u (150) to mija u disgħa u disgħin (199) kontribuzzjoni.
- Seba’ mitt ewro (€700) tingħata lil persuna li ħallset bejn mitejn (200) u mitejn u disgħa u erbgħin (249) kontribuzzjoni.
- Tmien mitt ewro (€800) tingħata lil persuna li ħallset bejn mitejn u ħamsin (250) u mitejn u disgħa u disgħin (299) kontribuzzjoni.
- Tmien mija u ħamsin ewro (€850) tingħata lil persuna li ħallset bejn tliet mija (300) u tliet mija u disgħa u erbgħin (349) kontribuzzjoni.
- Disa’ mitt ewro (€900) tingħata lil persuna li ħallset bejn mitejn u ħamsin (250) u tliet mija u disgħa u disgħin (399) kontribuzzjoni.
- Disa’ mija u ħamsin ewro (€950) tingħata lil persuna li ħallset bejn erba’ mija (400) u erba’ mija u disgħa u disgħin (449) kontribuzzjoni.
- Elf ewro (€1000) tingħata lil persuna li ħallset bejn erba’ mija u ħamsin (450) u ħames mija u dsatax (519) kontribuzzjoni.
L-Għotja titħallas darba fis-sena. Jekk il-persuna twieldet wara l-1 ta’ Jannar fis-sena li tikkwalifika, isir ħlas pro-rata għal dik is-sena.
L-Għotja tibqa’ titħallas anke lil persuni ta’ aktar minn ħamsa u sebgħin (75) sena.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Jekk il-persuna twieldet:
- Bejn l-1952 u l-1955, l-għotja titħallas ta’ tnejn u sittin (62) sena.
- Bejn l-1956 u l-1958, l-għotja titħallas ta’ tlieta u sittin (63) sena.
- Bejn l-1959 u l-1961, l-għotja titħallas ta’ erbgħa u sittin (64) sena.
- Fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, l-għotja titħallas ta’ ħamsa u sittin (65) sena.
- Persuna li tkun ħallset aktar minn ħamsin (50) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, iżda m’għandhiex kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.
- Persuna trid tkun residenti Malta jew f’pajjiż fl-Unjoni Ewropea.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Żgura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b’depożitu dirett f’bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity
Kif tapplika
L-Għotja lil persuna li ma tikkwalifikax għall-Pensjoni Kontributorja tinħareġ awtomatikament. Dan isir jekk l-applikazzjoni għall-Pensjoni Kontributorja tiġi miċħuda mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq bażi, li min jagħmel it-talba ma jkollux l-ammont minimu ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biex jikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja. Madankollu, f’dawk il-każijiet fejn id-dipartiment ma jkollux dettalji dwar il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa minn persuna, allura trid tiġi sottomessa applikazzjoni.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.