Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

L-effett tal-Pensjoni tas-Servizz fuq Pensjoni Kontributorja

Dħul Pensjonabbli ta’ ex-ħaddiema tal-Forzi Dixxiplinari.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, id-dħul pensjonabbli ta’ ex-membri tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, tal-Forzi Armati ta’ Malta, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta jew tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, imwielda qabel l-1 ta’ Jannar 1962, li jirtiraw jew ikunu rtiraw mis-servizz b’pensjoni sħiħa tal-Gvern, meta jintemm mill-anqas ħamsa u għoxrin (25) sena ta’ servizz qabel ma jilħaq l-eta’ tal-pensjoni u li għalhekk jingħata pensjoni tas-servizz u li aktar tard isir intitolat għall-penjsjoni għall-Irtirar jew Invalidita’, għandha tkun hekk kif speċifikat fit-Tlettax-il skeda, jew id-dħul pensjonabbli li kieku jirriżulta jekk l-aħħar jum tal-impieg ta’ dik il-persuna, liema dħul pensjonabbli huwa l-għola.

Tnaqqis tal-Pensjoni tas-Servizz.

It-tnaqqis tal-Pensjoni tas-Servizzi kurrenti beda mis-sena 2008.

Tnaqqis annwali ta’ mitejn ewro (€200) jiġi parti milll-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ghaldaqstant, garantit li jibqa jsir kull sena.

L-ammont totali attwali tal-pensjoni tas-servizz imnaqqas issa huwa ta’ tlett elef u erba’ mija u sitta u sittin ewro (€3,466).

Il-Proviso tat-72 sena.

B’effett mill-4 ta’ Jannar 1992, fejn Pensjoni ta’ Servizz tkun ġiet ikkomutata parzjalment u l-pensjonant ikun għalaq it-tnejn u sebgħin (72) sena, għandha titqiesu 50% tal-parti ikkommutata biss ta’ dik il-Pensjoni ta’ Servizz għall-finijiet tal-komputazzjoni ta’ Pensjoni kontributorja.

B’effett mill-4 ta’ Jannar 1992 fejn dik il-Pensjoni tas-Servizz tkun ġiet mibjuha kollha kemm hi, m’għandhiex tibqa’ titqies għall-finijiet tal-komputazzjoni ta’ Pensjoni kontributorja.

B’effett mill-5 ta’ Jannar 2019, fejn Pensjoni tas-Servizz tkun ġiet ikkomutata parzjalment u l-pensjonant ikun/tkun laħaq l-età ta’ tnejn u sebgħin (72), ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) tal-parti ikkommutata biss ta’ dik il-Pensjoni ta’ Servizz għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-komputazzjoni ta’ Pensjoni kontributorja.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2022, fejn Pensjoni ta’ Servizz tkun ġiet ikkomutata parzjalment u l-pensjonant ikun laħaq l-età ta’ tnejn u sebgħin (72) sena, il-parti mibjuha ma għandhiex titqies fil-kalkolu tal-pensjoni kontributorja.

B’effett minn 1 ta’ Jannar 2024, pensjonanti tas-servizz li jkunu ġew boarded-out u ħarġu bil-pensjoni tas-servizz kmieni minħabba mard, se jibdew jaraw l-aġġustament imsemmi tal-parti tal-pensjoni ikkomutata isir wara tnax-il (12) sena minn meta jkunu bdew  l-pensjoni tas-servizz u mhux meta jagħlqu tnejn u sebgħin (72) sena.

Aktar minn Pensjoni ta’ Servizz waħda

B’effett mill-4 ta’ Jannar 1992, fejn persuna tkun qed tirċievi żewġ Pensjonijiet ta’ Servizz jew aktar, l-ogħla waħda biss minn dawn il-Pensjonijiet ta’ Servizz għandha titqies bħala Pensjoni ta’ Servizz għall-iskop li tiġi evalwata, riveduta jew evalwata mill-ġdid pensjoni kontributorja.

Madankollu, u biss għall-iskop ta’ valutazzjoni, reviżjoni jew valutazzjoni mill-ġdid ta’ Pensjoni tal-Irtirar, fejn persuna li tkun qed tirċievi żewġ Pensjonijiet ta’ Servizz jew aktar minn dawn li waħda minnhom hija pagabbli minn jew f’isem il-Gvern tar-Renju Unit, il- Direttur għandu jkollu d-dritt li jagħżel, f’isem il-persuna, liema minn dawk il-Pensjonijiet ta’ Servizz għandha titqies bħala l-Pensjoni tas-Servizz. Id-dritt għal dik l-elezzjoni għandu jiġi eżerċitat darba biss.