Dettalji Personali
Ħarsa ġenerali
B’dan is-servizz, persuna tista’ taċċessa u tara l-informazzjoni personali tagħha li bħalissa hija miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS). Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li l-informazzjoni personali ma tistax tiġi emendata permezz ta’ dan is-servizz. Dan ifisser li persuna għandha tirrevedu bir-reqqa l-informazzjoni ppreżentata biex tiżgura li hija preċiża u aġġornata.
X’se tingħata
Tista’ tara l-informazzjoni personali tiegħek li jinkludu:
- Isem u Kunjom.
- Kunjom ta’ Xebba (fejn applikabbli).
- Numru tal-Karta tal-Identità.
- Numru tas-Sigurtà Soċjali (viżibbli biss għal dawk li għandhom il-karta tal-identità tispiċċa bl-ittra A).
- Numru tal-Pensjoni (fejn applikabbli meta tkun qed tirċievi pensjoni kontributorji mid-DSS).
- Data tat-Twelid.
Importanti li jekk tinnota li xi informazzjoni hija skoretta, tinnotifika lid-Diparment tas-Sigurtà Soċjali billi tikklikkja hawn.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.
Kif taċċessa s-servizz
Ikklikkja hawn biex taċċessa id-Dettalji Personali hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa dan is-servizz online tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, is-sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna:
- Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘mySocialSecurity’ mil-lista li tinżel u agħti d-dettalji tal-kwistjoni tiegħek, jew
- Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.