Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju
(Ġenitur Singlu)
Ħarsa ġenerali
Ġenituri waħedhom bi tfal taħt it-23 sena, jingħataw Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju sakemm jaħdmu mill-inqas 10 sigħat fil-ġimgħa bir-rata tal-Paga Minima Nazzjonali fis-siegħa. F’każijiet simili, ir-rekwiżit li tkun irċeviet Assistenza Soċjali għal sena fl-aħħar 3 snin, ma japplikax.
X’se tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena
- 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju mħallsa lil min iħaddem fiċ-ċirkostanza ta’ mpjieg full–time u 12.5% fil-każ ta’ mpjieg part-time għal perjodu ta’ 3 snin
Il-benefiċjarji jitħallsu kull 4 ġimgħat b’lura u min iħaddem jitħallas kull 12-il ġimgħa b’lura.
Jekk benefiċjarju li jirċievi Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju u jiġi qiegħed bla xogħol, malli jerġa’ jibda jaħdem, it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jerġa’ jibda mis-sena li twaqqaf il-benefiċċju.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Ġenituri waħedhom li qed jirċievu Assistenza Soċjali, Assistenza għall-Qgħad jew Għajnuna għal Ġenitur Singlu u jidħlu f’xogħol bi qligħ li jaħdmu tal-inqas 10 sigħat fil-ġimgħa u jaqilgħu aktar minn €42.44 fil-ġimgħa.
Dokumenti meħtieġa
- Dikjarazzjoni tal-Applicant/a u tal-Prinċipal. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.