Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju
(Kap ta’ Familja b’Konjuġi / sieħeb/a li beda/bdiet j/taħdem)
Ħarsa ġenerali
Il-benefiċjarji tal-Għajnuna Soċjali jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju f’każ li l-konjuġi jkun f’xogħol bi qligħ, jaqla’ tal-anqas il-Paga Minima Nazzjonali jew aktar u jekk il-benefiċjarju jkun irċieva l-Assistenza Soċjali għal mill-inqas sena fl-aħħar 3 snin.
X’se tingħata
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 65% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena
- 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena
- 25% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena
Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull 4 ġimgħat.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikanti li rċevew Assistenza għal Qgħad jew Assistenza Soċjali għal sena fl-aħħar 3 snin u l-konjuġi taħdem bi qligħ u taqla’ l-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.
Dokumenti neċessarji
- Dikjarazzjoni tal-Kap tal-Familja u tal-Prinċipal tal-Konjuġi / Sieħeb / Sieħba. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.