Benefiċċju għall-Adozzjoni
Ħarsa ġenerali
Il-Benefiċċju għall-Adozzjoni jista’ jingħata lil kull persuna li adottat tifel/tifla.
X’ser jingħata
Il-ħlas tal-Benefiċċju għall-Adozzjoni huwa ta’ erbatax-il (14) ġimgħa.
F’każ ta’ aktar minn adozzjoni waħda fl-istess żmien, jingħata biss benefiċċju ta’ adozzjoni wieħed.
Meta l-ġenituri tal-fostering jaqilbu minn Fostering għal Adozzjoni għat-tfal, l-Allowance għall-Fostering tieqaf gradwalment fuq perjodu ta’ erba’ (4) snin, jew sakemm il-wild jagħlaq il-wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema tiġi l-ewwel. B’dan il-mod, sussegwetament fl-ewwel sena tal-adozzjoni, jibqa’ jitħallas tmenin (80%) tal-allowance tal-fostering, sittin (60%) fit-tieni sena, ergħin (40%) fit-tielet sena u għoxrin (20%) fir-raba’ sena.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Applikant irid ikun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/jikkoabita ma’ ċittadin Malti, ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex.
- Applikant ma jridx ikun tħallas għall-leave tal-adozzjoni mingħand il-prinċipal tax-xogħol.
- Applikant/a j/tista’ i/tkun j/taħdem għal rasu/ha.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ċertifikat ta’ Adozzjoni uffiċjali għal kull tifel/tifla addottati li għalihom tkun qed issir it-talba.
- Ċertifikat tat-twelid uffiċjali għal kull tifel/tifla addottati li għalihom tkun qed issir it-talba.
- Applikant/a li j/taħdem għal rasu/ha j/trid tipprovdi kopji tal-irċevuti uffiċjali tal-kuntribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tas-sena qabel it-talba, kif ukoll dikjarazzjoni mill-applikant/a li ma kienx/kinetx qed j/taħdem matul l-erbatax-il (14) ġimgħa tat-talba.
- Dikjarazzjoni li tikkonferma d-dati għal erbatax-il (14) ġimgħa tal-leave għall-adozzjoni mhux imħallsin, mill-prinċipal tax-xogħol.
- Għal ċittadini tat-tielet dinja, refuġjati u applikanti minn pajjiżi ta’ Charter Soċjali, li ordinarjalment jirrisjedu f’Malta, iridu jipprovdu kopja tal-permess validu ta’ Residenza.
- F’każ ta’ applikant/a li j/tikkoabita, iridu jiġi pprovdut ċertifikat uffiċjali ta’ koabitazzjoni.
Kif tapplika
L-applikazzjoni tal-Benefiċċju għall-Adozzjoni tista’ tiġi sottomessa ladarba jinħarġu d-dokumenti kollha ta’ adozzjoni jew fi żmien sitt (6) xhur mid-data uffiċjali tal-adozzjoni tat-tifel/tifla skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.