Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċju għall-Adozzjoni

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju għall-Adozzjoni jista’ jingħata lil kull persuna li adottat tifel/tifla.

X’ser jingħata

Il-ħlas tal-Benefiċċju għall-Adozzjoni huwa ta’ erbatax-il (14) ġimgħa.

F’każ ta’ aktar minn adozzjoni waħda fl-istess żmien, jingħata biss benefiċċju ta’ adozzjoni wieħed.

Meta l-ġenituri tal-fostering jaqilbu minn Fostering għal Adozzjoni għat-tfal, l-Allowance għall-Fostering tieqaf gradwalment fuq perjodu ta’ erba’ (4) snin, jew sakemm il-wild jagħlaq il-wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema tiġi l-ewwel. B’dan il-mod, sussegwetament fl-ewwel sena tal-adozzjoni, jibqa’ jitħallas tmenin (80%) tal-allowance tal-fostering, sittin (60%) fit-tieni sena, ergħin (40%) fit-tielet sena u għoxrin (20%) fir-raba’ sena.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Applikant irid ikun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/jikkoabita ma’ ċittadin Malti, ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex.
  • Applikant ma jridx ikun tħallas għall-leave tal-adozzjoni mingħand il-prinċipal tax-xogħol.
  • Applikant/a j/tista’ i/tkun j/taħdem għal rasu/ha.

    Dokumentazzjoni meħtieġa

    Dokumentazzjoni ġenerali:

    • Ċertifikat ta’ Adozzjoni uffiċjali għal kull tifel/tifla addottati li għalihom tkun qed issir it-talba.
    • Ċertifikat tat-twelid uffiċjali għal kull tifel/tifla addottati li għalihom tkun qed issir it-talba.
    • Applikant/a li j/taħdem għal rasu/ha j/trid tipprovdi kopji tal-irċevuti uffiċjali tal-kuntribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa tas-sena qabel it-talba, kif ukoll dikjarazzjoni mill-applikant/a li ma kienx/kinetx qed j/taħdem matul l-erbatax-il (14) ġimgħa tat-talba.
    • Dikjarazzjoni li tikkonferma d-dati għal erbatax-il (14) ġimgħa tal-leave għall-adozzjoni mhux imħallsin, mill-prinċipal tax-xogħol.
    • Għal ċittadini tat-tielet dinja, refuġjati u applikanti minn pajjiżi ta’ Charter Soċjali, li ordinarjalment jirrisjedu f’Malta, iridu jipprovdu kopja tal-permess validu ta’ Residenza.
    • F’każ ta’ applikant/a li j/tikkoabita, iridu jiġi pprovdut ċertifikat uffiċjali ta’ koabitazzjoni.

    Kif tapplika

    L-applikazzjoni tal-Benefiċċju għall-Adozzjoni tista’ tiġi sottomessa ladarba jinħarġu d-dokumenti kollha ta’ adozzjoni jew fi żmien sitt (6) xhur mid-data uffiċjali tal-adozzjoni tat-tifel/tifla skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard.

    Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.