Logo
Logo
  • MT
  • EN

Q

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Benefiċċju għall-Maternità

Ħarsa ġenerali

Il-Benefiċċju għall-Maternità jista’ jingħata lil mara tqila.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’se tingħata

Il-Benefiċċju għall-Maternità huwa ta’ massimu ta’ erbatax-il (14) ġimgħa. L-ewwel parti tal-benefiċċju jikkonsisti fi ħlas ta’ tmien (8) ġimgħat li jsir għal perjodu ta‘ qabel it-twelid tat-tarbija. It-tieni parti tal-benefiċċju jikkonsisti fi ħlas ta’ ta‘ sitt (6) ġimgħat li jsir għal perjodu ta’ wara it-twelid tat-tarbija. Fil-każijiet fejn l-applikazzjoni tiġi sottomessa wara t-twelid tat-tarbija, it-total tal-ħlas isir fi ħlas wieħed biss.

F’każ ta’ applikanta li tkun qed tistenna ta’ aktar minn twelid wieħed, l-intitolament ikun biss għall-benefiċċji wieħed ta’ maternità.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikanta trid tkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewġa/tikkoabita ma’ ċittadin/a Malti/ja, tkun ċittadin/a ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ċittadin/a ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandha/u status ta’ refuġjat/a jew ċittadina li ġejja mill-pajjiżi tat-tielet dinja u ordinarjament j/tirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex.
  • L-applikanta trid tkun fit-tmien (8) xahar tat-tqala tagħha jew welldet tarbija sa sitt (6) xhur qabel id-data tal-applikazzjoni għall-benefiċċju.
  • L-applikanta ma tridx tkun tħallset għall-leave tal-maternità minn għand il-prinċipal tagħha.
  • L-applikanta tista’ tkun taħdem għal rasha imma tkun trid turi prova li ma kinetx qed taħdem matul l-erbatax-il (14) ġimgħa li għalihom tkun qed issir it-talba.

    Dokumentazzjoni meħtieġa

    Dokumentazzjoni ġenerali:

    • Dikjarazzjoni ffirmata minn tabib li jikkonferma li l-applikanta daħlet fit-tmien (8) xhur ta’ tqala tagħha, waqt li jindika wkoll id-data tal-istennija tat-twelid. Ikklikkja hawn biex tniżżel din id-dikjarazzjoni.
    • Jekk l-applikanta kienet/hija impjegata qabel it-twelid tat-tarbija, trid timtela dikjarazzjoni minn min kien iħaddem. Ikklikkja hawn biex tniżżel din id-dikjarazzjoni.
    • Jekk it-tarbija twieldet barra minn Malta, irid jiġi pprovdut ċertifikat uffiċjali tat-twelid.
    • L-applikanta li taħdem għal rasha, trid tipprovdi l-irċevuti uffiċċjali tal-kontirbuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tas-sena ta’ qabel it-talba.
    • Għal applikanti mill-pajjiżi tat-tielet dinja jew minn pajjiżi ta’ Charter Soċjali, iridu jipprovdu kopja tal-Karta tal-Identità maltija fejn turi Permess ta’ Residenza aġġornata.

    Kif tapplika

    L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien sitt (6) xhur mit-twelid tat-tarbija skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Il-benefiċċju jew parti minnu, jista’ jintilef jekk l-applikazzjoni tasal tard. 

    Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.