Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil:

  • Persuna li għandha Status ta’ Protezzjoni Sussidjarja,
  • Persuna li mhix f’impjieg u li tissodisfa it-test tal-mezzi skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.),
  • Persuna waħeda jew Persuna Responsabbli tal-Familja li għandha aktar membri tal-familja jgħixu magħha.

X’se tingħata

Il-benefiċċjarji tal-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg jitħallsu biss il-benefiċċju bażiku u dan isir darba fil-ġimgħa.

Jekk il-persuna responsabbli tal-familja jkun qiegħed jgħix waħdu, ikun jista’ jirċievi l-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg f’ismu. Mill-banda l-oħra, jekk il-familja tkun iffurmata minn membri oħra, il-Persuna Responsabbli tal-Familja jirċievi l-Assistenza Soċjali f’ismu u f’isem il-membri l-oħra li jiffurmaw parti mill-familja li tgħix fid-dar.

L-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg tista’ tiżdied bir-rata applikabbli addizzjonali meta jiżdiedu membri fil-familja. Minn naħa l-oħra, jekk xi  membru tal-familja ma jibqax jgħix fl-istess dar residenzjali r-rata tonqos.

Kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanza, bħal bidla fl-indirizz, tfal addizzjonali, bidliet fil-kompożizzjoni tad-dar, mewt, proċeduri tal-qorti, safar jew tluq minn Malta għal kwalunkwe raġuni u għal kwalunkwe tul ta’ żmien, għandha tiġi rrappurtata immedjatament lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant/a huwa / hija l-Persuna Responsabbli tal-Familja.
  • L-applikant/a mhux impjegat/a.
  • L-applikant/a i/trid i/tkun fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Protezzjoni Sussidjarja validu.
  • L-applikant/a i/trid ikollu/ha Karta tal-Identità valida.
  • Kwalunkwe dħul ma jistax jaqbeż il-massimu tar-rata tal-Assistenza Soċjali.
  • L-applikant/a i/trid j/tiddikjara kull Kapital u/jew dħul li ġej minn Malta u/jew Barra minn Malta.
  • L-applikant/a għandu/ha j/tissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali m’għandhomx jaqbżu l-€23,300 (f’każ ta’ koppja), u l-€14,000 (f’każ ta’ persuna waħda).
  • Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe dħul ieħor derivat, m’għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg skont il-familja.

Benefiċjarju għandu jmur personalment f’ċentru ta’ servizz.gov kull meta jiġi nnotifikat biex jippreżenta Ċertifikat tal-Verifika tal-Ħajja maħruġ mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ċertifikat validu ta’ Protezzjoni Sussidjarja maħruġ mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f’Malta.
  • L-aħħar Kont tal-Ilma u d-Dawl ta’ fejn j/tirrisjedi l-applikant/a.
  • Rendikonti riċenti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin).
  • Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom.
  • Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f’Malta u / jew barra (li mhix Dar ta’ Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).
  • Kopja riċenti tal-irċevuta / kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija.
  • Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
  • Rendikont / dokumenti li juru dħul minn pensjoni jew pensjonijiet ta’ barra.
  • Dokumenti ta’ Separazzjoni / Divorzju jekk il-każ.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.